Malti

Kokoomus (Il-Partit Nazzjonali ta’ Koalizzjoni) hu partit popolari taċ-ċentru-lemin li għandu sapporters madwar il-pajjiż kollu, minn kull parti tal-ħajja u fl-etajiet kollha; għalhekk Kokoomus mhux grupp ta' interess ta' nies speċifiċi imma, hekk kif jimplika ismu, partit ġenerali bbażat fuq valuri kondiviżi.

Kokoomus għandu netwerk attiv ta’ organizzazzjonijiet lokali u reġjonali li jkopru l-pajjiż kollu. Il-partit għandu bejn wieħed u ieħor 41,000 membru f'aktar minn 1000 organizzazzjoni lokali. Kokoomus għandu 16-il uffiċju distrettwali u l-kwartier ġenerali tal-partit jinsab ġewwa Helsinki.

Hemm tliet unjins membri fil-Kokoomus: Il-Lega taż-Żgħażagħ (Kokoomuksen Nuorten Liitto, KNL), il-Lega tan-Nisa (Kokoomuksen Naisten Liitto, KnaL), u l-Organizzazzjoni tal-Istudenti Tuhatkunta. Organizzazzjonijiet oħra fl-istess familja li jħaddnu l-istess valuri huma l-Lega Nazzjonali taċ-Ċittadini Anzjani, il-Lega Nazzjonali tat-Tfal, l Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Edukazzjoni Kansio u Kamut, li jġibu flimikien Finlandiżi ġodda - nies li għandhom sfond lingwistiku u kulturali differenti.

Aħna niddefendu l-libertà individwali u nippromwovu l-opportunitajiet tan-nies sabiex ikollhom għażliet, imma mingħajr ma ninjoraw ir-responsabbiltà ta’ kulħadd għall-ħajja tiegħu, ta’ sħabu fil-komunità u tal-ambjent. L-ideloġija tagħna tgħaqqad il libertà mar-responsabbiltà, mad-demokrazija u mal-ugwaljanza.

Il-valuri bażiċi tagħna huma l-edukazzjoni, it-tolleranza, il-premjazzjoni u l-kura għal dak li jkun. Il-mira tagħna hi li nibnu Finlandja b’opportunitajiet ugwali għal kulħadd.